Għaddiet aktar minn ġimgħa – u s-silenzju mid-Dirittur tal-Ħabs Chris Siegersma qed itarrax.
Dan wara li fl-aħħar jiem Net News żvela diversi sitwazzjonijiet li qed jaffaċċjaw il-ħabsin matul dawn il-ġranet tas-sajf, bil-ġurnalisti tagħna jistaqsu lil Siegersma jiċħadx dawn is-sitwazzjonijiet jew jagħti spjegazjoni għalihom.
Permezz ta’ email Net News staqsa lil Siegersma jekk hux vera li fiċ-ċellel ta’ Division 6 hemm sħana estrema u jekk jiċħadx li l-priġunieri qed jitħallew mingħajr tieqa miftuħa għal siegħat twal.
Dan l-istazzjon kien żvela wkoll li l-priġunieri ta’ din id-diviżjoni, qed jgħixu fi ħmieġ kbir li qed iwassal biex ikun hemm ġrieden u wirdien fiċ-ċellel. Dan filwaqt li jkunu fid-dlam u mingħajr aċċess biex jixgħelu d-dawl. Bid-Direttur tal-Ħabs ma jiċħadx lanqas dan il-fatt.
Chirs Siegersma baqa’ sieket meta dan l-istazzjon, staqsieh dwar rapporti ta’ suwiċidju li l-ħabsni tkellmu ma’ Net News dwarhom.
Fuq kollox Net News staqsa lil Siegersma jekk hux vera li f’Division 6 – id-diviżjoni tal-kastigg li normalment tkun esklussiva għall-irġiel u li fiha l-priġunieri għandhom jinżammu għal żmien temporanju, hemmx priġuniera mara.
Bil-ġurnalisti jistaqu wkoll x’inhi r-raġuni li hi qed tinżamm hemmhekk.
Iżda jidher li dawn il-mistoqsijiet u fuq kollox dawn is-sitwazzjoni diffiċli ferm waqqgħu fuq widnejn torox, hekk kif mhux biss intbagħtet email lil Siegrsma il-Ġimgħa 8 ta’ Awwiss imma intbagħtet ukoll oħra il-Ħamis 14 ta’ Awwissu. Bid-Direttur tal-Ħabs jibqa’ ma jagħti ebda reazzjoni.
//= $special ?>