Futbol Sport

Illum jingħata bidu għall-Yo Health Malta Premier

Illum fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali jingħata bidu għall-Yo Health Malta Premier bl-ewwel partita fis-6.45pm tkun dik bejn Valletta u Birkirkara.

Dan se jkun ritorn għal Valletta fl-għola diviżjoni wara li fl-istaġun lagħbu fiċ-Challenge League. Birkirkara se jkunu qed jittamaw li jibdew dan l-istaġun fuq nota tajba wara d-diżappunt fi tmiem tal-istaġun li għadda.

Warajha eżatt il-konfront bejn Żabbar SP u Sliema Wanderers. Żabbar SP kellhom ritorn pożittiv ferm fl-istaġun li għadda fl-għola diviżjoni filwaqt li wara l-investiment li sar minn Sliema se jkunu qed jittammaw li jisfidaw għall-unuri ewelnin.

Għada tliet partiti, Marsaxlokk kontra Mosta, Tarxien Rainbows kontra ċ-champions Ħamrun Spartans u Naxxar Lions kontra Floriana. L-ewwel ġurnata tal-Yo Health Malta Premier tagħlaq it-Tnejn bil-partita bejn Hibernians u Gżira United.

Il-partiti kollha

Illum

Stadium Nazzjonali

Valletta v Birkirkara 6.45pm

Żabbar SP v Sliema W. 9.00pm

Għada

Stadium Nazzjonali

Marsaxlokk v Mosta 6.45pm

Naxxar L. v Floriana 9.00pm

Tony Bezzina Stadium

Tarxien R. v Ħamrun S. 7.00pm

It-Tnejn

Tony Bezzina Stadium

Hibernians v Gżira U. 7.00pm