Miet Fra Jean-Louis Mainguy fl-età ta’ 71 sena. Kavallier tal-Ordni ta’ San Ġwann li kien ilu jgħix fil-Forti Sant’Anġlu mill-2023. Huwa kien sar membru tal-Ordni fl-2007 u huwa l-unika Kavallier mil-Lvant Nofsani li ħa l-voti tal-Ordni .
Fi stqarrija fuqa il-midja soċjali, Forti Sant’Anġlu u l-Ordni ta’ Malta, lkoll iddeskrivewh bħala “kavallier dedikat tal-Ordni, professjonist veru f’xogħlu, nisrani devot, u fuq kollox, bniedem sinifikanti”.
L-ordni qalet kif minn meta daħal f’Forti Sant’Anġlu, il-ħolma ta’ Fra Jean Louis Mainguy, kienet li jara dan is-sit ikompli jifjorixxi u jilħaq livelli ġodda.
Heritage Malta wkoll sellmet il-memorja ta’ Fra Mainguy fejn qalet, “Int ma kontx biss Kavallier residenti, iżda kont parti mill-familja tagħna, parti minna.”
//= $special ?>