Ir-rapper ta’ fama internazzjonali Sean Kingston ġie kkundannat tliet snin u nofs ħabs b’rabta ma’ skema ta’ frodi li tlaħħaq il-miljun dollaru.
Huwa ġie kkundannat flimkien m’ommu b’rabta ma’ skema li fiha serqu numru ta’ oġġetti lussużi inkluż arloġġi, television, għamara kif ukoll karozza bulletproof. F’din l-iskema l-omm u t-tifel tagħha kienu jużaw l-istatus tiegħu biex jakkwistaw l-oġġetti u mbagħad il-ħlas ikun wieħed falz.
Fil-Qorti, Kingston qal li jiddispjaċih ta’ li għamel dan filwaqt li tgħallem mill-azzjonijiet tiegħu. Matul is-seduta ntqal li Kingston kien ġie arrestat fl-2024 f’Kalifornja fejn kien mistenni li jtella’ kunċert f’ċentru ta’ taħriġ tal-armata.
Rapporti internazzjonali qalu wkoll li omm Sean Kingston ġiet ikkundannata ħames snin ħabs f’Lulju li għadda.
//= $special ?>