Is-sitt edizzjoni tas-SummerDaze Malta saret ilbieraħ fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, u attirat aktar minn 30,000 persuna.
L-Avveniment Prinċipali kien jinkludi wirjiet mill-aqwa minn Central Cee u Mabel, flimkien ma’ prestazzjonijiet speċjali back-to-back minn Sebastian Ingrosso u Steve Angello.
Is-serata ingħatat bidu mill-preżentaturi tal-BBC Radio 1 Dance, Jeremiah Asiamah u Charlie Hedges.
L-edizzjoni ta’ din is-sena kompliet issaħħaħ l-attrazzjoni internazzjonali tas-SummerDaze, bi 72%
tal-attendenza ġejjin minn barra. Kien hemm parteċipazzjoni qawwija mir-Renju Unit, l-Italja, Franza,
il-Ġermanja, il-Polonja, Spanja, it-Turkija, l-Olanda, u l-Istati Uniti.
Is-suċċess kontinwu tal-festival huwa r-riżultat ta’ kollaborazzjonijiet b’saħħithom ma’ sħab internazzjonali, fosthom il-BBC u Creamfields, li qed isaħħu l-pożizzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni ewlenija għal avvenimenti ta’ mużika live.
It-tieni Avveniment Prinċipali se jsir għada s-17 ta’ Awwissu fil-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, u se jinkludi lil Sfera Ebbasta, Bob Sinclar, Clara, Kid Yugi, Albertino, u Vida Loca.