Kif kien mistenni u imbassar, waslu l-għarajjex ta’ Santa Marija aktar kmieni illum.
L-Uffiċċju Meterjoloġiku infatti aktar kmieni matul il-jum ħareġ twissija ta’ maltempata, li fil-fatt bdiet għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar meta bdiet tfaqa x-xita bil-qliel, bil-beraq u s-sajjeti.
Aktar kmieni din il-ġimgħa fil-fatt l-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien bassar l-għarajjex ta’ Santa Marija, ghas-Sibt jew għall-Ħadd.

B’din il-maltempata tasal wara jiem ta’ temperaturi għoljin li huma assoċjati mal-festa ta’ Santa Marija, u infatti huwa propju dan il-fenominu li jwassal għal dawn l-għarajjex, hekk kif meta l-art tisħon ħafna, is-sħana titla’ l-fuq u jifformula s-sħab, li jista’ jwassal għax-xita.

Fil-lokalità ta’ Birikirkara u l-Iklin niżel ukoll is-silġ. Filwaqt li n-naħa ta’ isfel ta’ Malta ma ntlaqtitx mill-maltemp.
Intant, skont l-Uffiċju Meterjoloġiku, it-temp matul il-lejl se jkun pjuttost imsaħħab u b’xi ħalbiet iżolati tax-xita.
//= $special ?>