Enerġija Għawdex Lokali

Jerġa’ jinqata’ d-dawl f’Marsalforn

Diversi rapporti li waslulna bejn ilbieraħ u dalgħodu qed jindikaw li r-residenti ta’ Marsalforn Għawdex esperjenzaw mill-ġdid qtugħ fil-provvista tal-enerġija.

Jirriżulta li d-dawl f’din iz-zona inqata’ għal madwar sagħtejn.

Residenti qalulna li din mhix l-ewwel darba matul dan is-sajf li inqata’ d-dawl f’Marsalforn.