Internazzjonali

Intemm is-summit fl-Alaska bejn Trump u Putin mingħajr ma ntlaħaq ebda ftehim

Il-President Donald Trump u l-President Russu Vladimir Putin iltaqgħu għal kważi tliet sigħat f’Anchorage, l-Alaska nhar il-Ġimgħa, iżda s-summit tagħhom intemm mingħajr ftehim formali. Minkejja t-tamiet għal waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna, iż-żewġ mexxejja offrew biss kummenti vagi dwar “progress,” mingħajr ma ddettaljaw xi riżultati konkreti.

Is-summit, sar fil-Bażi tal-Forza tal-Ajru ta ‘Elmendorf. Filwaqt li Trump sostna li “diskussi ħafna punti ewlenin”, ma tħabbar l-ebda waqfien mill-ġlied, u huwa poġġa r-responsabbiltà fuq il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky biex “jilħaq ftehim.”