Mil-lum jibda l-YoHealth Malta Premier 2025/26, bl-ewwel żewġ partiti minn match day 1
Bħala parti minn sforz kontinwu li l-organizzaturi tal-Malta Premier, Kampjonat Malta Ltd, qed jagħmlu biex jattiraw attendenzi dejjem akbar lejn l-istadiums għall-partiti tal-Kampjonat il-ġdid li se jibda llum, il-bibien tal-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali, illum se jinfetħu kmieni.
Qabel l-ewwel logħba tal-istaġun, dik bejn Valletta u Birkirkara, li se tibda fis-6:45pm, mil-5:30pm ‘il quddiem, wieħed mid-DJs rinomati f’pajjiżna, Ryan Spiteri se jkun qed jallegra lil dawk preżenti b’warm up ta’ mużika apposta li se tkun qed toħloq atmosfera u esperjenza vibranti għall-partitarji taż-żewġ naħat u anke dawk newtrali.

DJ Ryan Spiteri se jkun qed jieħu ħsieb il-warm up qabel l-ewwel partita fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali, dik tal-llum bejn Valletta u Birkirkara.
Id-dwell bejn Valletta u Birkirkara, sforz għar-rivalitá sportiva li spikkat bejn dawn it-tnejn f’dawn l-aħħar snin, diġa’ għandha toħloq spettaklu għal dawk preżenti, iżda b’dak li qed tkompli tagħmel MPL, sa minn qabel l-kick-off tal-logħba għandu jwassal biex tingħata dehra aħjar u differenti tal-esperjenza ta’ logħba futbol f’Malta iżda mhux biss.
L-MPL, f’post fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook qed tħeġġeġ lill-partitarji kollha biex ma jħallux għall-aħħar biex jitilgħu għal din l-ewwel partita, igawdu mill-ikel u x-xorb li wieħed se jkun jista’ jixtri minn postijiet differenti fl-Istadium u jgawdi l-atmosfera permezz ta’ mużika, kant u innijiet li jkomplu jagħtu kulur lill-Istadium Nazzjonali f’Ta’Qali qabel il-bidu tal-aktar partita mistennija minn match day 1 tal-YoHealth Malta Premier, bejn Valletta u Birkirkara.
F’kummenti li aktar kmieni din il-ġimgħa, iċ-Ċermen ta’ Kampjonat Malta Ltd, Alan Abela ta lil Replay u Net News, qal li sabiex tkompli l-esperjenza ta’ futbol tkompli tisbiħ għal dawk li se jkunu preżenti, se jkunu qed jitqasmu rigali grazzi għall-kontribut tal-isponsors tal-Malta Premier kif ukoll se jkun hemm, kif diġa’ kien hemm l-istaġun li għadda, kompetizzjonijiet bis-sehem tal-partitarji waqt il-ħin tal-mistrieħ ta’ kull partita, fejn wieħed ikun jista’ jkompli jirbaħ aktar rigali u jżid l-interess.
Wieħed jilqa’ dawn l-inizjattivi li qed isiru biex tiżdied l-atmosfera fl-istadiums tagħna iżda fuq kollox sabix il-partitarji jagħżlu li jsegwu l-partita tat-tim favorit tagħhom bil-presenza tagħhom fl-Istadium.
Illum, fil-bidu tal-Malta Premier 2025/26, f’Ta’Qali se jkolna żewġ l-ewwel żewġ partiti minn match day 1, fejn fis-6:45pm, Valletta se jkunu qed jirritornaw mal-kbar tal-futbol Malti b’dwell dirett kontra r-rivali Birkirkara, filwaqt, li fit-tieni logħba, dik li tibda fid-9pm, Żabbar St Patrick jilgħabu kontra Sliema Wanderers.
//= $special ?>