Manchester City kienu impressjonanti fir-rebħa ta’ 4-0 kontra Wolves, b’dan ir-riżultat ikun indikazzjoni ċara li s-Citizens se jirritornaw għall-aħjar tagħhom dan l-istaġun wara staġun pjuttost diżappuntanti s-sena l-oħra.
Erling Haaland fetaħ l-iskor wara 34 minuta minn assist tal-plejer mill-akkademija tas-City Rico Lewis.
Oscar Bobb, plejer ieħor tal-akkademija jimpressjona bl-assist li jagħti lill-akkwist il-ġdid Tijjani Reijnders li jirdoppja l-iskor fis-37 minuta u jkompli l-bidu tajjeb tiegħu mas-Citizens.
Tijjani Reijnders din id-darba jipprovdi l-assist għat-tielet gowl li kien skorjat minn Haaland bin-Norveġiż jiskorja l-ewwel dopjetta tiegħu tal-istaġun.
Rayan Cherki jiskorja l-aħħar gowl tal-partita fil-81 minuta.
//= $special ?>