Futbol Sport

Omari Hutchinson jingħaqad ma’ Nottingham Forest għas-somma ta’ €43,000,000

(Ritratt: EPA)

L-internazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena se jkun plejer ieħor li se jingħaqad ma’ Nottingham Forest, hekk kif it-Tricky Trees mistennija jikkonfermaw l-akkwist ta’ James McAtee mingħand Manchester City u l-akkwist Arnaud Kalimuendo mingħand Rennes u qed jersqu viċin l-akkwist tal-midfielder Internazzjonali Brażiljan Douglas Luiz mingħand Juventus, bil-Brażiljan mistenni jagħmel ir-ritorn tiegħu fil-Premier League wara staġun diżappuntanti fis-Serie A.

tiegħu fil-Premier League wara staġun diżappuntanti fis-Serie A.

Hutchinson mistenni jkun il-plejer li se jieħu post l-attakkant laterali Anthony Elanga li ngħaqad ma’ Newcastle United iżjed kmieni dan is-sajf.

Oriġinarjament, Hutchinson ingħaqad ma’ Ipswich Town fil-EFL Championship b’self mingħand Chelsea, fejn hemm għenhom jiksbu l-promozzjoni għall-Premier League. L-istaġun li għadda ngħaqad b’mod permamenti ma’ Ipswich Town.

Hutchinson lagħab ma’ Ipswich Town s-sena l-oħra fejn lagħab magħhom fil-Premier League, fejn f’dak l-istaġun it-Tractor Boys ġew relegati. Huwa lagħab 32 partita u skorja 3 gowls filwaqt li pprovda żewġ assists.

Fatt interessanti, Ipswich Town tim mill-EFL Championship irnexxielhom jaqilgħu somma akbar għat-trasferiment ta’ plejer milli qatt qalgħu Arsenal fl-istorja tagħhom, hekk kif l-akbar bejgħ li gġamlu l-Gunners kien il-bejgħ ta’ Alex Oxlade-Chamberlin ma’ Liverpool għas-somma ta’ € 40,000,000 fl-2017.