Żagħżugħ Franċiż ta’ 18-il sena, weġġa’ serjament wara li waqa’ fuq il-blat.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-Sibt f’nofsinhar fl-inħawi tal-Għar ta’ Santa Marija, ħdejn il-bajja ta’ Riviera, limiti tal-Imġarr.
Fuq il-post marru l-Pulizija fejn aktar tard intalbet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili, tal-Forzi armati ta’ Malta u ukoll ta’ tim mediku tal-Isptar Mater Dei.L-operazzjoni ta’ salvataġġ inkludiet patrol boat u ħelikopter li lkoll għenu fil-proċedura biex ir-raġel ġie salvat minn qalb il-blat . Ir-raġel aktar tard ittieħed l-isptar Mater Dei, b’ambulanza fejn hemmhekk ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.
Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.




Iktar dettalji fil-ħin li ġej.
