Qorti

Raġel arrestat b’rabta ma’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti

Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Bangladesh, inżamm arrestat b’rabta ma’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti.

Nahid Hassan, wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Bid-difiża titlob għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-imputat m’għandux impjieg stabbli biex isostni lilu nnifsu u għalhekk tibża li kapaċi jitlaq mill-pajjiż.

Il-Qorti, qalet li ma tistax tagħtih il-ħelsien mill-arrest minħabba li l-istatus legali tiegħu huwa wieħed dubjuż fid-dawl tal-allegat reati. Il-Qorti kien ippreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.