Futbol Sport

Sliema jibdew tajjeb b’rebħa missielta fuq Żabbar SP

(Ritratt: Catriel Farrugia Sghnedo)

ŻABBAR ST.PATRICKS……………1

SLIEMA WANDERERS…………….2

Żabbar SP: L.Camilleri, A.Dumbuya, H.Tchaouna (T.Eviparker 67’), B.Gambarte, N.Agius (K.Scicluna 60’), J.Micallef (I.Akpan 89’), S,Jovancic, Z.Leonardi (P.Cejas 67’), V.De Paiva, T.Silva (M.Fontanella 46’), M.Rocha

Sliema W: R.Al Tumi, J.Borg, N.Frendo, A.Magri Overend, V.Plut (K.Nwoko 77’), L.Montebello (S.Bah 60’), R.Prsa (B.Diarra 87’), M.Freire, S.Pisani, T.Espindola (M.Beerman 77’), M.Baggio

Referee: Alex Johnson

Skorjaw: M.Rocha (AG) 16’, T.Espindola 31’ (S), H.Tchaouna 34’ (Ż)

Imwissija: A.Dumbuya 10’, (Ż), S.Pisani 74’ (S)

Sliema Wanderers bdew l-istaġun b’rebħa missielta kontra Żabbar St.Patricks bl-iskor finali jkun 2-1.

Fatt interessanti huwa li apparti l-awto-gowl skorjat kmieni fil-partita, iż-żewġ gowls l-oħra kienu skorjati minn debuttanti mit-timijiet rispettivi.

Sliema fetħu l-iskor meritament hekk kif fl-ewwel kwarta logħob kienu superjuri għal kollox. Il-gowl ewlieni jasal minn auto-gowl ta’ Mayron da Rocha li biżball jixħet bir-ras fix-xibka tiegħu stesss fis-16-il minuta.

Sliema jirdoppjaw permezz ta’ Thiago Espindola fil-31 minuta minn suġġeriment ta’ Roko Prsa.

Żabbar St.Patricks naqqsu l-iskor tlett minuti wara meta Rasheed Al Tumi joħroġ għall-ballun minn freekick pero ma jirnexxielux jaqbad il-ballun u Haroun Tchaouna jixħet ġewwa bir-ras.

Zeon Leonardi (Żabbar) jaffronta lil Thiago Espindola (Sliema) (Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo)