Fi Spanja għadhom għaddejjin l-isforzi kollha possibli sabiex jiġu kkontrollati n-nirien li ħakmu n-naħa ta’ fuq tal-pajjiż.
Dan wara li dan il-pajjiż ilu jesperjenza temperaturi għoljin għal dawn l-aħħar ġimagħtejn – temperaturi li qed jaqbżi l-40 grad celcius. Infatti rapporti qed jgħidu kif numru ta’ residenti madwar iz-zoni wkoll qed jippruvaw jikkontrollaw in-nirien qabel ma jaħkem ir-residenzi tagħhom.
Filmati fuq il-midja soċjali juru l-qerda totali li ħallew in-nirien fiz-zona ta’ Castrocalbon bid-djar u l-għelieqi spiċċaw kompletament meqruda.
Intant, preżentament Spanja tinsab taħt allert ta’ mewġa tas-sħana hekk kif it-temperaturi għoljin mistennija li jkomplu jippersistu matul il-jiem li ġejjin.
//= $special ?>