Futbol Sport

Sunderland jirritornaw fil-Premier League b’rebħa kbira fuq West Ham United

Il-Black Cats irritornaw fil-Premier League wara 8 snin bl-aħjar mod possibli hekk kif għelbu lil West Ham United fl-Istadium of Light. bl-iskor ta’ 3-0

L-ewwel taqsima mingħajr ebda gowl, qabel Eliezer Mayenda jiftaħ l-iskor fil-61 minuta minn suġġeriment ta’ Omar Alderete.

Daniel Ballard jirdoppja l-iskor għal Sunderland fit-73 minuta, qabel Wilsom Isidor jikkonferma r-rebħa b’gowl fl-aħħar minuti tal-partita.

Skor identitku bejn Tottenham Hotspur u Burnley fl-ewwel partita ta’ Spurs wara t-telfa fil-finali tal-UEFA Super Cup. Spurs jibdew il-kampjonat Premier taħt il-kowċ Thomas Frank bl-aħjar mod.

Mohammed Kudus ikollu partita mill-aqwa fid-debutt tiegħu fil-Premier League ma’ Spurs hekk kif jipprovdi żewġ assists mill-isbaħ. Iż-żewġ assists kienu skorjati mill-attakkant Brażiljan Richarlison.

Gowl isbaħ mill-ieħor għall-Brażiljan, l-ewwel gowl jasal wara 10 minuti minn pass tajjeb ta’ Kudus mil-lemin, b’Richarlison jirċievi, idur u jixxutja.

It-tieni gowl huwa diġa huwa kandidat għall-isbaħ gowl tal-istaġun. Kudus jerġa jixħet kross mil-lemin, b’din id-darba Richarlison jiskorja rabuxxata mill-isbaħ wara siegħa logħob. Replika tal-gowl skorjat mill-Brażiljan fit-Tazza tad-Dinja tal-2022 kontra s-Serbja.

Brennan Johnson jisiġilla r-rebħa b’gowl tajjeb minn assist ta’ Sarr.

Fulham jirnexxielhom jiksbu punt wara li għamlu l-maġġoranza tal-ħin minn taħt pero jiskorjaw gowl fl-aħħar biex l-iskor finali jkun 1-1.

Matt O’Riley jikkonverti l-penalty ta’ Brighton fil-55 minuta, qabel Rodrigo Munez jiskorja l-gowl tad-draw fis-96 minuta.

Draw ieħor, din id-darba bla gowls bejn Aston Villa u Newcastle United hekk kif il-Magpies ibagħtu biex jiskorjaw mingħajr attakkant fiss minħabba l-kontroversja li għadejja b’Aleksander Isak u t-trasferiment tiegħu lejn Liverpool.

RIŻULTATI:

Aston Villa 0-0 Newcastle United

Sunderland 3-0 West Ham United

Brighton 1-1 Fulham

Tottenham Hotspur 3-0 Burnley