Qorti

Tliet snin ħabs għal Olandiż li traffika u importa d-droga

Stef Broiler, li huwa Olandiż ta’ 23 residenti Ħal Qormi, ammetta għall-akkużi ta’ traffikar u importazzjoni tad-droga u ġie kkundannat tlett snin ħabs.

Broiler kien mixli li f’Ottubru tas-sena li għaddiet, flimkien ma’ persuna oħra kien daħħal f’Malta reżina tal-kannabis, li kellu fil-pussess tiegħu d-droga kokaina u esctasy li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu,u li saq b’mod traskurat .

L-Olandiż ingħata sentenza ta’ tliet snin ħabs effettivi u flimkien ma’ multa ta’ €3,000, li jridu jitħallsu fi żmien sena.

    Huwa kellu l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal tliet xhur u kien ordnat ukoll iħallas €1,400 fi spejjeż tal-esperti. Inħarġet ukoll ordni ta’ qbid fuq l-assi kollha tiegħu.

    Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Maġistrat Elaine Rizzo.