Lokali

AĠĠORNATA: Raġel arrestat wara sparatura f’Raħal Ġdid; ebda persuna feruta

Raġel ta’ 33 sena minn Raħal Ġdid ġie miżmum mill-Pulizija wara sparatura li seħħet tard il-Ħadd filgħaxija f’Raħal Ġdid stess – kaz li ġara fi Triq Melita għall-ħabta tad-9:10pm.

Diversi sorsi qalulna li filwaqt li ħadd ma wegga’ fl-isparatura, grazzi għall-ħidma tal-Pulizija l-uffiċjali rnexxielhom joħorġu lir-raġel mir-residenza sabiex issa jinsab fil-lock-up.

Il-kaz jidher li hu marbut ma’ argument bejn żewġt irġiel. Filwaqt li sorsi oħrajn qed jindikaw li r-raġel li spara huwa magħruf mal-Pulizija, jidher li l-arma tan-nar instabet flimkien ma’ żewġ balal.