Arsenal kellhom bidu mill-aqwa fit-tentattiv tagħhom għar-rebħ tal-Premier League wara aktar minn 20 sena meta f’Old Trafford għelbu lil Manchester United bl-iskor minimu ta’ 1-0.
Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal wara biss 13-il minuta meta minn corner ta’ Declan Rice, kien Riccardo Calafiori li bir-ras mill-viċin ma żbaljax bil-partita tintemm bl-iskor ta’ 1-0.
Draw ta’ mingħajr gowls bejn Chelsea u Crystal Palace. Kienu Palace l-aktar li resqu viċin li jirbħu l-konfront meta fit-13-il minuta, freekick b’saħħtu ta’ Eberechi Eze kien imħassar permezz tal-VAR minħabba rregolarità.
Fis-City Ground, rebħa komda ta’ 3-1 għal Nottingham Forest fuq Brentford. Forest kellhom l-ewwel taqsima tal-ħolm meta skorjaw tliet darbiet permezz ta’ doppjetta ta’ Chris Wood u tad-debuttant Dan Ndoye. Brentford naqsu l-iskor fit-78 minuta permezz ta’ penalty ta’ Igor Thiago.
//= $special ?>