Futbol Sport

Bayern Munich jirbħu s-Super Cup tal-Ġermanja

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich bdew l-istaġun bl-aħjar mod possibli meta rebħu s-Super Cup tal-Ġermanja bl-iskor ta’ 2-1 kontra Stuttgart.

F’partita li ntlagħbet fl-MHP Arena bejn ir-rebbieħa tal-Bundesliga, Bayern Munich u r-rebbieħa tad-DFB Pokal Stuttgart, kienu Bayern li fetħu l-iskor wara 18-il minuta permezz ta’ Harry Kane.

It-tim imexxi minn Vincent Kompany kellu jistenna sas-77 minuta sabiex jaċċerta mir-rebħa meta kien Luiz Diaz li fid-debutt tiegħu skorja t-tieni gowl għal Bayern. Stuttgart naqs l-iskor fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem il-partita permezz ta’ Jamie Leweling.

Għal Bayern din kienet il-11-il darba li rebħu dan l-unur. L-istaġun tal-Bundesliga jibda fi tmiem il-ġimgħa li ġejja.