Futbol Sport

Bidu mill-aqwa għal Marsaxlokk b’rebħa fuq Mosta

(Ritratt: Martin Agius)

Marsaxlokk…………….3

Mosta………………………1

Marsaxlokk: C. Mafmoumbi, O. El Hasni, E. Pepe (W. Da Silva 68′), N. Muscat, J. Arias, J. Corbolan, J. Soares (J. Vella 87′), J. Minala (J. Ghio 87′), L. Aguirre, M. Santos, A. Majok (N. Portelli 61′)

Mosta: A. Demba, G. Goncalves, J. Dias, G. Sciberras (B. Farrugia 89′), N. Agius (A. Diarra 46′), Q. Herrera, P. Emmanuel, C. Okereke (D. Santos 66′), J. Vassallo, Z. Brincat (L. Da Silva 87′), C. Dos Santos (A. Agius 66′)

Referee: Fyodor Zammit

Assistenti referees: D. Sultana, R. Curtis

Bidu mill-aqwa għal Marsaxlokk meta fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 3-1.

Numru ta’ debuttanti fuq iż-żewġ naħat b’Marsaxlokk ikunu mpenjati ferm matul dan is-suq tat-trasferimenti. Kien t-tim imexxi minn Enzo Potenza li fetaħ l-iskor fis-17-il minuta permezz ta’ Marcelo Barros Santo.

Risposta minn naħa ta’ Mosta meta ġabu l-iskor indaqs fit-28 minuta permezz ta’ Zachary Brincat. Fit-tieni taqsima Marsaxlokk immedjatament fuq l-offensiva u reġgħu marru fil-vantaġġ permezz ta’ Santos. Ix-Xlukkajri għalqu l-partita fl-54 minuta meta kien Jorge Soares li għalaq il-partita bl-iskor finali ta’ 3-1.

Lejn it-tmiem Mosta sfaw jilagħbu bi plejer anqas meta tkeċċa Giancarlo Goncalves.