Futbol Sport

Faċli għal Milan fil-Coppa Italia

Fi Stadio San Siro, rebħa faċli għal Milan fuq Bari bl-iskor ta’ 2-0 fl-ewwel partita kompetittiva għal dan l-istaġun għat-tim ta’ Massimiliano Allegri. Milan marru fil-vantaġġ wara 14-il minuta permezz ta’ Rafael Leao. It-tieni gowl ta’ Milan u li għalaq il-partita kien skorjat fit-48 minuta permezz ta’ Christian Pulisic.

F’partita oħra, Parma għelbu lil Pescara bl-iskor ta’ 2-0, bil-gowls jaslu fit-tieni taqsima b’doppjetta ta’ Mateo Pellegrino.

Frosinone wkoll avvanzaw għar-rawnd li jmiss meta barra minn darhom għelbu lil Monza 1-0. Il-gowl tar-rebħa kien skorjat fl-aħħar sekondi tal-partita minn Giorgi Kvemadze.

Intant f’partita oħra li ntlagħbet il-Ħadd, Pisa avvanzaw għal mal-aħħar 16 wara li għelbu lil Cesena 2-1 permezz tal-għoti tal-penalties wara li l-partita ntemmet fi draw ta’ 0-0.