L-ewwel logħba tal-YoHeath Malta Premier 2025/26, dik bejn Valletta u Birkirkara ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls. Minkejja li ma kelna ebda gowl skorjat, l-atmosfera li ħolqu ż-żewġ settijiet ta’ partitarji fil-logħba inawgurali tal-istaġun, kienet waħda mil-isbaħ.
Din il-partita kienet tfisser ir-ritorn ta’ Valletta fil-Malta Premier, wara li fl-istaġun li għadda rebħu l-promozzjoni miċ-Challenge League bħala champions.
Segwi l-aqwa siltiet minn din il-logħba permezz tal-filmat li qed jidher hawn fuq.