L-ewwel gowls tal-istaġun il-ġdid tal-YoHealth Malta Premier 2025/26, kienu skorjati fit-tieni logħba minn match day 1 bejn Żabbar St Patrick u Sliema Wanderers.
Is-Slimiżi rebħu 2-1, b’tliet gowls li kollha kienu skorjati fl-ewwel taqsima. F’din il-logħba kelna l-ewwel awto-gowl tal-Kampjonat u li ironikament ukoll kien l-ewwel gowl skorjat fil-Malta Premier dan l-istaġun.
Kienet azzjoni sfortunata għal wieħed mill-akkwisti l-ġodda ta’ Żabbar St Patrick dan l-istaġun, il-Brażiljan Mayron, f’tentattiv biex ibiegħed il-ballun bir-ras, u sforz nuqqas ta’ komunikazzjoni bejn l-eks plejer ta’ Ħamrun Spartans u l-gowlkiper Luca Camilleri, Mayron xeħet il-ballun fix-xika tiegħu stess wara għaxar minuti logħob mil-bidu tal-konfront.
Segwi l-gowls kollha u l-aqwa siltiet minn din il-logħba permezz tal-filmat li qed jidher hawn fuq.