Sport Sport Ieħor

Finali oħra bejn Jannik Sinner u Carlos Alcaraz

(Ritratt: EPA)

Għar-raba’ darba dan l-istaġun, Jannik Sinner u Carlos Alcaraz se jkunu qed jilgħabu kontra xulxin f’finali tat-tennis, din id-darba fil-finali taċ-Cincinnati Open.

Fis-semifinali, Jannik Sinner li kien qed jiċċelebra għeluq sninu, għeleb lil Terence Atmane 7-6 6-2 filwaqt li Carlos Alcaraz għeleb lil Alexander Zverev 6-4 6-3.

Fil-konfronti preċidenti bejniethom, Alcaraz rebaħ tnejn mit-tliet finali, fl-Open ta’ Ruma u fir-Roland Garros, filwaqt li Sinner rebaħ it-tournament ta’ Wimbledon ix-xahar li għadda.

Il-finali taċ-Cincinnati Open tintlagħab għada.