Il-familja ta’ Ajay Shrestha, il-courier Nepaliż li kien tilef ħajtu f’inċident traġiku fi Triq Aldo Moro fil-Marsa, għadha qed tistenna ġustizzja wara aktar minn tliet snin.
Ajay Shrestha kien tilef ħajtu meta trakk inqaleb fi Triq Aldo Moro bil-konsegwenza li spiċċa tgħaffeġ.
Mas-Sunday Times of Malta, tkellem ħu Ajay, Anil Shrestha illi spjega kif il-familja qed tħossha abbandunata u frustrata bid-dewmien fl-inkjesta maġisterjali b’rabta ma’ din it-traġedja. Hu staqsa kif dan il-każ għadu mhux solvut, u kif huma għadhom qed iħossuhom injorati.
Anil iddeskriva lil ħuħ bħala persuna twajba u dejjem bit-tbissima. U spjega kif ħuħ kellhu ħolma kbira li jara lil ommhu jkollha dar u għejxien tajjeb.
Anil Shrestha ħass il-bżonn li jitkellem wara li l-Ħadd li għadda, Khim Bahadur Pun, courier ieħor Nepaliż tilef ħajtu f’inċident traġiku f’Birkirkara – każ li fakkru fl-inċident traġiku li ħassdet il-ħajja ta’ ħuħ.
Hu stqarr li l-ħsibijiet tiegħu huma mal-familja ta’ Khim Bahadur Pun u insista li qed jifhem l-uġiġħ li qed tħoss familtu.
Iktar kmieni din il-ġimgħa, Net News tkellem ma’ oħt il-mara ta’ Khim, illi iddeskrivietu bħala l-pilastru tal-familja. Matul din l-intervista, il-familjari ta’ Khim Bahadur Pun qalu wkoll li hu kien raġel ġenwin, b’qalb kbira u dejjem lest biex jgħin lil kulħadd.
Anke huma saħqu li għadha jsir ġustizzja għall-mewta traġika ta’ Khim u min wettaq dan ir-reat għandu jieħu dak li ħaqqu.
//= $special ?>