Partitarju ta’ Brighton tilef ħajtu wara li waqt il-partita mill-Premier League kontra Fulham ħassu ma jiflaħx.
Fi stqarrija l-klabb qal li partitarju ta’ 72 sena miet minkejja l-isforzi li saru mit-tobba fil-grawnd u anke fl-isptar biex isalvawlu ħajtu.
Iċ-chief executive tal-klabb Paul Barber qal li dan huwa mument ta’ dieqa għall-klabb filwaqt li għaddew il-kondoljanzi lill-familjari.
Il-klabb żied jgħid li fil-jiem li ġejjin se jara kif dawk li kienu mpattati b’din il-mewta jingħataw l-għajnuna meħtieġa.
Il-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1, fejn il-membri tal-ewwel għajnuna li kien fl-istadium għamlu dak kollu neċessarju biex il-partitarju jittieħed l-isptar.
//= $special ?>