Ir-Rappreżentant Speċjali tal-President Amerikan Donald Trump, ftit tal-ħin ilu, żvela li l-President Russu, Vladimir Putin, qabel dwar il-garanziji tas-sigurtà potenzjali għall-Ukrajna. Dan meta l-arranġament kapaċi wkoll jibbaża fuq sistema ta’difiża potenzjali ‘fuq stil tan-NATO’.
Meta kellem lill-istazzjon CNN, Steve Witkoff qal li l-proposta kapaċi ‘tbiddel drastikament’ is-sitwazzjoni meta l-gwerra fl-Ukrajna, issa, daħlet sew fir-raba’a sena.
L-aħħar żviluppi, fil-fatt, kienu konfermati wara li l-President Ukren, Volodymyr Zelensky, insista dwar il-garanziji tas-sigurtà li jistgħu jikkonsolidaw kull ftehim għall-paċi… U Zelensky tkellem ukoll dwar ‘deċiżjoni storika’ wara li Witkoff indika li l-Istati Uniti tista’ tkun lesta biex timpenja ruħha proprja għal dawn il-garanziji tas-sigurtà.
Il-garanziji jridu jaffordjaw protezzjoni fuq tlett livelli – fuq l-art, l-ajru u l-baħar – u jeħtieġu anki l-parteċipazzjoni tal-Ewropa.
Steve Witkoff saħaq li r-Russja anki għamlet ‘xi konċessjonijiet’ fir-rigward ta’ ħames reġjuni importanti tal-Ukrajna li ilhom ikkuntestati minn Moska.
Madankollu, is-Segretarju tal-Istat Amerikan, Macro Rubio, waqt kummenti lill-istampa ‘aċċetta’ li jista’ ma jkunx possibbli li l-Istati Uniti ttemm il-gwerra fl-Ukrajna u f’liema każ, ‘in-nies se jibqgħu jinqatlu bl-eluf’.
Rubio kompla li biex l-Ukrajna u r-Russja javviċinaw ftehim konkret għall-paċi, huma jeħtieġu jaqblu dwar kompromess sod u meta ħadd minn dawn il-pajjiżi (għalissa) mhu lest biex iċedi.
//= $special ?>