Pulizija u tim mediku kellhom jissejħu f’Baħar iċ-Ċaħaq wara ħabta bejn mutur u karozza fi Triq tul il-Kosta biswit stabbiliment tal-ikel.
Is-sewwieq tal-mutur, huwa raġel ta’ 53 sena, fejn kellhu jittieħed l-Isptar għall-aktar kura medika, filwaqt illi s-sewwieqa tal-karozza kienet mara ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Huwa kien qed isuq mutur tat-tip CF Moto, filwaqt li l-karozza kienet tat-tip Toyota Aygo.
Skont kelliema tal-Pulizija li tkellmu ma’ Net News, huma qalu li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:20 ta’ waranofsinhar.
Intant, il-kundizzjoni tas-sewwieq tal-mutur għadha pendenti.
It-Triq bħalissa tinsab magħluqa għat-traffiku mid-direzzjoni tas-Swieqi, fejn is-sewwieqa huma avżati li użaw toroq alternativi.
//= $special ?>