Il-kriżi umanitarja f’Gaza laħqet livelli traġiċi hekk kif l-isptarijiet f’Gaza jinsabu mgħarrqa b’każijiet ta’ tfal li qed ibatu minn malnutrizzjoni.
F’waħda mill-aktar xeni xokkanti, tifla ta’ disa’ snin spiċċat tilfet aktar minn nofs il-piż tagħha, b’dan il-każ jkompli jikxef ir-realtà f’Gaza.
Skont in-Nazzjonijiet Uniti, f’Lulju li għadda ġew irreġistrati madwar 13,000 każ ġdid ta’ malnutrizzjoni fost it-tfal.
Barra minn hekk, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li wieħed minn kull ħames tfal taħt il-ħames snin qed ibati minn malnutrizzjoni.
Intant, l-isptarijiet il-kbar bħal Al-Shifa, Nasser u Al-Aqsa qed jispiċċaw ukoll bla provvisti bażiċi bħall-ilma, enerġija u mediċini, fejn ankè ċentri żgħar tas-saħħa qed jispiċċaw jaffaċċjaw għadd enormi ta’ pażjenti mingħajr mingħajr mediċini għall-kontra l-malnutrizzjoni.
Madankollu, l-ammont ta’ ikel u mediċini li qed jidħol f’Gaza mhux qed ilaħħaq mal-bżonnijiet urġenti li hemm f’Gaza.
L-organizzazzjonijiet internazzjonali wkoll saħqu li kull ġurnata ta’ dewmien jaf twassal għal iżjed mwiet ta’ tfal, bl-esperti tas-saħħa jisħqu li dawn il-każijiet ta’ malnutrizzjoni se twassal għal riperkussjonijiet fit-tul.
//= $special ?>