Lokali

Persuna mfittxija mill-Pulizija wara li telaq mingħajr permess minn ċentru ta’ rijabilitazzjoni

Il-Pulizija ta’ Malta qed titlob għall-għajnuna tal-pubbliku hekk kif għaddejja bit-tfittxija għal din il-persuna.

Sheldon Micallef ta’ 18-il sena qed jiġi mfittex mill-Pulizija wara li telaq mingħajr permess
minn ċentru ta’ rijabilitazzjoni tal-Caritas, fl-inħawi tas-Siġġiewi.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li hu l-aħħar li deher kien liebes shorts iswed, flokk abjad bil-kmiem suwed u żarbun iswed.

Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub
jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq
in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u
jiġi kwotat in-numru 23/2025.