Il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky qal li r-Russja qed tfixfel l-isforzi tal-paċi sabiex tintemm il-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja….li issa ilha għaddejja għal aktar minn tliet snin.
Zelensky saħaq illi r-Russja qed tirrifjuta s-sejħa għall-waqfien mill-ġlied u qed tkompli bl-operazzjonijiet militari tagħha.
Intant, il-President tal-Istat Uniti Donald Trump u l-President tar-Russja Vladimir Putin ma laħqux ftehim waqt il-laqgħa li kellhom f’Alaska l-Ġimgħa li għadda, minkejja li Putin qal li dawn kienu taħdidiet utli ħafna.
Min-naħa tiegħu, Trump qal li minflok għal waqfien mill-ġlied, l-Istat Uniti qed tipproponi li tasal għal ftehim ta’ paċi permanenti.
Madankollu, l-President Ukren ma kienx mistieden għal dawn it-taħdidiet, iżda mistenni li jiltaqa’ ma’ Trump f’Washington nhar it-Tnejn.
Sadanittant, il-mexxejja ta’ Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit se jkunu qegħdin jorganizzaw laqgħa bejn l-alleati tal-punent dwar il-gwerra fl-Ukrajna.
Fi stqarrija konġunta, il-mexxejja Ewropea fi ħdan Nato qalu li huma lesti biex jaħdmu li ssir laqgħa bejn l-Istat Uniti, ir-Russja, u l-Ukrajna.
//= $special ?>