Parti mill-ħidma tal-Uffiċċju Djakonija tad-Djoċesi ta’ Għawdex hi li jissensibbilizza l-komunità Nisranija favur istituzzjonijiet li jaħdmu ma’ persuni vulnerabbli jew jiddependu ħafna mid-donazzjonijiet għall-ħidma tagħhom.
Barra minn hekk, l-istess Uffiċċju jara li meta jkun hemm emerġenzi internazzjonali, bħal fil-każ ta’ diżastri naturali jew kriżijiet umanitarji, il-komunità Nisranija twieġeb b’ġenerożità għall-għajnuna li tkun qed tintalab.
Matul is-sena 2024, id-Djoċesi ta’ Għawdex ġabret u qassmet €107,031.45 f’għajnuna lil istituzzjonijiet lokali, grazzi għall-ġenerożità tal-poplu Għawdxi.
L-għotjiet miġbura tqassmu b’dan il-mod; €40,000 għad-Dar tal-Providenza, €15,000 marru għal Obolo ta’ San Pietru, €12,580.88 għall-Fondo Clero (Ħamis ix-Xirka), €12,000 għal Dar Arka u l-ammont ta’ €27,450.57 għall-Jum il-Karità (Caritas djoċesana).
Barra minn dawn, kien hemm ġabriet oħra li, bil-permess tad-Djoċesi, saru minn entitajiet oħra (fosthom is-Seminarju Maġġuri u Missio Malta), u li ċ-ċifri tagħhom ma humiex inklużi f’din il-lista.
//= $special ?>