Lokali

Fi tmiem il-ġimgħa ġew ippubblikati r-regolamenti l-ġodda għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN – se jsiru dibattiti

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-PN ippubblika r-regoli l-ġodda għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN wara li intemm il-proċess ta’ due diligence li sar fuq l-interess li esprimew Alex Borg u Adrian Delia.

Dawn ir-regolamenti, li jiffukaw fuq it-tieni parti ta’ dan il-proċess, jinkludu wkoll dibattiti li se jsiru bejn il-kandidati għal Kap tal-PN. Dan apparti s-sehem fi programmi varji fuq Net TV u anke Net FM.

Fil-fatt, il-media tal-PN diġa’ bdiet tirreklama x-xandiriet marbuta ma’ din l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap ġdid tal-PN. U l-ewwel dibattitu se jkun qed isir din il-ġimgħa stess.

Intant, għada se jagħlqu n-nomini għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN. Dan il-perijodu jagħlaq f’nofsinhar.