Il-grupp terroristiku Palestinjan tal-Ħamas qed jaqbel mal-aħħar proposta rigward il-waqfien mill-ġlied f’Gaza…Proposta li tressqet mill-medjaturi u diplomati reġjonali.
Dan qaluh is-sorsi viċin il-Ħamas li sostnew li l-proposta tal-Eġittu u l-Qatar tibbaża fuq pjan komprensiv – imqassam fuq żewġ fażijiet – u li jinkludi wkoll il-proposti min-naħa ta’ Steve Witkoff, ir-Rappreżentant Speċjali tal-Istati Uniti għall-Affarijiet Barranin.
Dan il-ftehim jesiġi biex il-Ħamas jeħles madwar nofs tal-50 ostaġġi Iżraeljani li ilhom ix-xhur jinżammu f’Gaza….Mifhum ukoll li għadhom ħajjin biss in-nofs ta’ dawn l-ostaġġi u li dawn għandhom jingħataw l-libertà waqt perjodu ta’ waqfien mill-ġlied effettiv għal 60 jum.
F’dan il-perjodu wkoll mistennija jsiru n-negozjati dwar waqfien mill-ġlied permanenti u biex Iżrael joħroġ it-truppi tiegħu minn Gaza.
Għalissa għad ma hemm l-ebda kumment min-naħa tal-Gvern jew l-Armata Iżraeljana.
//= $special ?>