Ilbieraħ fil-bajja tax-Xlendi ttellgħet il-ġostra.
Ta’ kull sena bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tax-Xlendi, fejn tiġi ċċelebrata l-Madonna tal-Karmnu, f’nhar il-festa jkun hemm diversi logħob fil-baħar, kif ukoll it-tberik tad-dgħajjes.
Diversi huma dawk li jżommu dan l-appuntament annwali sabiex isegwu jew anke jipparteċipaw f’dawn il-logħob.
Fost id-diversi attivitajiet organizzati, kien hemm il-ġostra – l-arblu midluk bix-xaħam, tradizzjoni li tmur lura s-snin. Kien hemm ukoll tlielaq fil-baħar u logħob oħra fejn inxetħu ħafna fliexken tal-inbid fil-bajja b’diversi jogħdsu għalihom.
Wara, is-Sindku tal-Munxar u x-Xlendi, Damien Spiteri ppreżenta medalji u anke tazzi lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem bħala rekordju tal-okkażjoni u apprezzament tal-parteċipazzjoni tagħhom.
Ir-rebbieħ tal-ġostra għas-sena 2025 huwa Mc Clain Parnis.


F’dan ir-ritratt hawn taħt li jmur lura għexieren ta’ snin, naraw diversi nies fil-bajja tax-Xlendi li bi ħġarhom kienu jmorru sabiex jipparteċipaw u juru s-sapport tagħhom f’dik li llum hi tradizzjoni sabiħa li tfakkarna f’missirijietna.
