F’jum il-festa titulari ta’ Santa Marija f’Ħad Dingli, il-kardinal Mario Grech indirizza numru ta’ kriżijiiet li qed jaffaċċja pajjiżna u anke l-Ewropa.
Il-Kardinal Grech uża din l-okkażjoni biex semma’ kif fis-soċjetà tagħna qegħdin inħabbtu wiċċna ma’ diversi kriżijiet, anke serji.
Hu kien qed jirreferi mhux biss għall-gwerer ta’ Gaza u l-Ukrajna iżda anke kriżijiet serji fil-familji, kriżijiet ekonomiċi, ambjentali, politiċi, u fuq kollox fil-ħajja spiritwali.
Sostna li dawn il-kriżijiet qed joħolqu sfiduċja u inċertezza, b’bosta persuni jilmentaw li l-ħajja nbidlet għall-agħar.
Il-Kardinal kompla billi qal li “d-destin tagħna huwa l-futur tagħna”. U tenna li rridu nkunu aktar konvinti dwar il-valur tal-ħajja umana.
Hu fakkar kif il-Papa Piju XII kien jitkellem dwar it-tagħlim falz tal-materjaliżmu u l-korruzzjoni tal-moralità; u kulħadd għandu jara b’mod ċar lejn liema għan għoli huma msejħa ġisimna u ruħna.
Il-Kardinal Mario Grech tenna li t-tama tiftaħ futur għall-ħajja personali u turi li tiswa li wieħed “jgħix u jmut għal Kristu.”
//= $special ?>