Aktar residenti tas-Swieqi qed ikomplu jilmentaw dwar is-sitwazzjoni ta’ kaos li hemm fil-lokalità tagħhom.
Fuq Facebook kien l-Eks Ministru Laburista Evarist Bartolo – residenti fis-Swieqi – li irrefera għal każ fejn żgħażagħ Franċiżi dehru f’gallarija jiddevertu u jgħajtu fil-blokk ‘Paradise’ fi Triq is-Swieqi. Dan seħħ fit-3am.
Batolo kiteb: “Għall-ġirien ‘Paradise’ huwa infern li jgħaddu minnu lejl wara ieħor”.
Hu qal li qed isiru rapporti lill-pulizija regolarment, u l-ġenna u l-infern jibqgħu għaddejjin.
Il-Kunsill Lokali ilu żmien iressaq dawn l-ilmenti quddiem l-awtoritajiet u saħansitra anke lill-Gvern direttament. Iżda sa issa baqgħet ma ttieħdet ebda azzjoni konkreta.
U l-aħħar li staqsejna lill-Ministru Ian Borg, u qal lil Net News biex nistennew ftit.
//= $special ?>