Ir-rapport ippubblikat fl-aħħar jiem mill-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika kixef li l-Ministru Silvio Schembri jħallas kera ta’ €3.50 kuljum għall-uffiċċju li jinsab f’waħda mit-toroq ewlenin fis-Siġġiewi.
Iżda l-istess Ministru ma jara xejn stramb f’din iċ-ċifra – għaliex skont hu, dan huwa semi-basement.
Fir-rapport tiegħu l-Kummissarju Joseph Azzopardi stqarr li din hija somma baxxa għal fond kummerċjali.
L-uffiċċju huwa tal-iżviluppatur Anton Camilleri, magħruf bħala Il-Franċiż – l-istess Camilleri li kien akkwista biċċa art pubblika biswit il-Bajja ta’ San Ġorġ neċessarja sabiex ikompli jiżviluppa l-proġett ta’ Villa Rosa.
Schembri preżenta l-ftehim tal-kera għal dan l-uffiċċju fis-Siġġiewi mingħand tal-Franċiż – kirja miżera u baxxa ta’ €319 kull 3 xhur.
Madanakollu, il-Kummissarju għall-Istandards irrifjuta li jpoġġi konnessjoni bejn dan l-uffiċċju… u uffiċċju ieħor f’Ħal Luqa… ma’ xi trasferiment ta’ art pubblika lil persuni terzi – fosthom Camilleri.
Jibqa’ l-fatt, però, li l-kirja tal-uffiċċju fis-Siġġiewi hija ferm baxxa – bin-Nutar Aquilina jisħaq li kieku għandna Kummissarju tal-Puliziaj serju, illejla stess jibgħat għall-istess Ministru sabiex jagħti spjegazzjoni dwar ġidu u l-binijiet li jagħmel użu minnhom.
//= $special ?>