Internazzjonali

Jiżdiedu l-imwiet min-nirien fi Spanja u l-Portugall

Il-Gvern Spanjol, fil-preżent, qed jibgħat il-mijiet tat-truppi addizzjonali biex jgħinu jikkontrollaw in-nirien feroċi li ilhom jaqbdu għal jiem fid-diversi zoni ta’ Spanja. Fil-preżent hemm mal-2,000 suldat li qed jgħinu lill-iskwadri għat-tifi tan-nirien fl-isforzi tagħhom –  u meta s’issa rriżultaw talanqas erba’ mejtin fost iċ-ċirkustanzi katastrofiċi.

L-aħħar vittma, fil-fatt, kien membru waħda mill-iskwadri għall-emerġenzi li nqaleb bit-trakk f’inħawi li jffurmaw parti mir-reġjun ta’ Castile u León….Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Spanjol, Pedro Sanchez, qed isegwi l-iżviluppi b’ansjetà u meta wassal messaġġ ta’ niket u dispjaċir lill-familji tal-vittmi.

Fil-Portugall, il-ġar ta’ Spanja fil-penisola Iberjana, l-awtoritajiet ukoll qed jikkumbattu l-inċidenzi tan-nirien li swew il-ħajja  ta’ membri oħrajn tal-iskwadri għall-emerġenza…Żvilupp traġiku li tkellem dwaru l-President Portugiż, Marcelo Rebelo de Sousa.

Intant, qed jaqbdu ħafna nirien kbar oħra fil-Greċja, Franza, it-Turkija u l-Balkani b’riżultat tal-mewġa tas-sħana li qed tiddomina bħalissa fir-reġuni lejn in-naħa t’isfel tal-Ewropa.