Is-sewwieq tal-cab li fis-7 ta’ Awwissu li għadda daħal f’salon tax-xagħar fi Triq il-Kanun f’Santa Venera, kien ikkonferma mal-pulizija li kien qed jistenna l-passiġġieri. U mnalla li ma kellu lil ħadd ibbukjat miegħu f’dak il-ħin.
Jirriżulta wkoll li x-xufier – Abdi Salaan Mahamad Ali – kellu livell għoli ta’ alkoħol fin-nifs, meta l-limitu legali għas-sewwieqa tal-cabs huwa zero.
Iċ-ċittadin Somalu ta’ 42 sena qed jiġi akkużat li saq b’mod negliġenti, perikoluż u irresponsabbli, li kkawża ħsara lil proprjetà ta’ terzi, u li saq taħt l-influwenza tax-xorb. Fortunatament, is-salon kien magħluq fil-ħin tal-inċident u ma weġġa’ ħadd.
Il-barrani qed jiċħad l-akkużi.
Matul is-seduta tat-Tnejn, l-akkuża u d-difiża ressqu s-sottomissjonijiet dwar il-ħelsien mill-arrest, iżda l-ispettur Bugeja oġġezzjona minħabba s-serjetà tal-każ.
Il-Qorti ma tatx il-libertà proviżorja.
//= $special ?>