MALTA-ARCH se tkun qed torganizza mixja u diskussjoni gwidata dwar l-għarfien tal-arkeoloġija nhar is-Sibt, 23 ta’ Awwissu fil-5pm, li tibda mill-Veduta ħdejn iċ-Ċimiterju tax-Xagħra.
Il-kelliema jinkludu lil Sandra Gauci, Arnold Cassola u Luke Said.
L-attività se tintemm b’mixja gwidata dwar l-arkeoloġija mmexxija minn Dr. Dawn A. Saliba (MALTA-ARCH), fejn il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità jimxu tul il-mogħdija pubblika ħdejn it-Tempju ta’ Santa Verna, josservaw b’għajnejhom il-pajsaġġ arkeoloġiku mhedded, u jistaqsu mistoqsijiet.
//= $special ?>