IN-NUQQAS TA’ INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU FATALI F’HELSINKI, IL-BELT KAPITALI TAL-FINLANDJA... triq f’Helsinki fejn numru ta’ miżuri effettivi li ttieħdu fl-aħħar snin wasslu biex ma kien hemm l-ebda mwiet fit-toroq fl-aħħar 12-il xahar
minn Victor Camilleri Eks Edtur ta’ In-Nazzjon u ll-Mument
Is-suċċess miksub mill-awtoritajiet ta’ Helsinki fit-trażżin ta’ inċidenti fit-toroq ta’ din il-belt kapitali Finlandiża, ma kienx frott ta’ xi miraklu iżda bħala riżultat ta’ numru ta’ miżuri li ttieħdu fl-aħħar snin u li, kollha flimkien, ipprovdew qafas ta’ protezzjoni adegwata fil-konfront tas-sewwieqa li għamlu użu minn dawn it-toroq.
Skont l-aħħar ċifri uffiċjali, l-aħħar mewta reġistrata bħala riżultat ta’ inċident tat-traffiku seħħet f’Lulju tas-sena l-oħra. Fl-2021, Helsinki naqqset il-limitu ta’ veloċità fil-biċċa l-kbira tat-toroq tagħha għal 30 kilometru fis-siegħa. Dawn l-istess ċifri wrew li r-riskju ta’ fatalità jonqos b’50 fil-mija meta l-veloċità titnaqqas minn 40 għal 30 kilometru fis-siegħa.
Fl-istess żmien, il-belt introduċiet 70 speed camera ġodda, skont il-policy nazzjonali Finlandiża ta’ Vision Zero, maħsuba biex telimina l-imwiet u l-korrimenti li jirriżultaw minn inċidenti tat-traffiku. Minn meta ġiet fis-seħħ din il-policy kien osservat li l-fatalitajiet baqgħu jonqsu biex issa ntlaħaq dan it-tragward tant ambizzjuż.
Għalkemm Helsinki hi kunsidrata bħala waħda mill-iżgħar kapitali Ewropej – b’690,000 resident – din il-belt isservi madwar 1.5 miljun ruħ li jgħixu jew jaħdmu f’dawk l-inħawi.
▪ Il-miżuri adottati f’Helsinki kienu jinkludu, fost l-oħrajn, it-tnaqqis tal-veloċità għal 30 kilometru fis-siegħa (18.6 mil fis-siegħa) fit-toroq qrib l-iskejjel kollha.
▪ Aktar minn nofs it-toroq kollha ta’ Helsinki għandhom il-limitu ta’ 30 kilometru fis-siegħa. Dawn l-istess toroq kellhom limitu ta’ 50 kilometru fis-siegħa (31 mil fis-siegħa) 50 sena ilu.
▪ Pass ieħor importanti kien it-tlestija ta’ infrastruttura adegwata għaċ-ċiklisti u għal min jimxi. Meded sħaħ tlestew f’dan ir-rigward fosthom 400 kilometru esklussivament għaċ-ċiklisti.
▪ L-awtoritajiet tal-belt kapitali Finlandiża irreklutaw numru sostanzjali ta’ pulizija ġodda assenjati esklussivament għat-toroq… prinċipali u mhux.
▪ F’ħafna nħawi ta’ Helsinki t-toroq djiequ u nżergħu ħafna siġar bl-iskop preċiż li jimmotivaw lis-sewwieqa jkunu aktar attenti, kawti, u ffukati.
▪ Helsinki għamel enfasi qawwija wkoll fuq is-sistema ta’ trasport pubbliku komdu, effiċjenti, frekwenti u puntwali. Dan wassal biex aktar nies bdew jużawh u naqsu, għalhekk, ħafna karozzi mit-toroq.
▪ L-istatistika turi wkoll li bejn l-2003 u l-2023, l-inċidenti fit-toroq li fihom kien hemm nies li weġġgħu, naqsu minn 727 għal 14 fis-sena.
Fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, il-fatalitajiet f’inċidenti tat-traffiku fl-2024 naqsu bi 3 fil-mija iżda l-Kummissjoni Ewropea għadha mhix sodisfatta u tridhom jonqsu kemm jista’ jkun. Hu ovvja, għaldaqstant, li l-Kummissjoni qed tistudja mill-qrib dak li seħħ f’Helsinki.
Roni Utriainen, inġinier tat-traffiku ewlieni għall-belt ta’ Helsinki, qal: “Hemm numru ta’ fatturi li wasslu għal dan ir-riżultat iżda t-tnaqqis fil-limitu tal-veloċità hu l-aktar importanti.
Triq f’Helsinki fejn numru ta’ miżuri effettivi li ttieħdu fl-aħħar snin wasslu biex ma kien hemm l-ebda mwiet fit-toroq fl-aħħar 12-il xahar
L-istatistika wriet li r-riskju ta’ fatalitajiet jonqos b’50% meta l-veloċità titnaqqas minn 40 għal 30 kilometru fis-siegħa
Fatalitajiet fit-toroq Maltin fl-aħħar 25 sena…
2000: 20
2001: 19
2002: 16
2003: 16
2004: 14
2005: 17
2006: 10
2007: 14
2008: 15
2009: 21
2010: 15
2011: 18
2012: 9
2013: 18
2014: 10
2015: 11
2016: 23
2017: 19
2018: 18
2019: 16
2020: 12
2021: 9
2022: 28
2023: 14
2024: 13
2025: 19 (s’issa)
Dan l-artiklu deher f’In-Nazzjon tat-Tnejn 18 ta’ Awwissu, 2025.
X Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Meta tagħfas "Naċċetta" tkun qed tagħti l-kunsens tiegħek għal użu tal-cookies kollha. Tista' ukoll tagħfas Cookie Settings biex tagħżel liema cookies iżżomm fuq dan is-sit. Aqra AktarNAĊĊETTACookie settings
Manage Cookies
Regoli tal-Privatezza
Dan is-sit juża l-cookies biex joffrilek esperjenza aħjar. Il-cookies li huma klassifikati bħala neċessarji qed jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek biex nassiguraw li l-funzjonijiet bażiċi ta' dan is-sit jaħdmu sew. Dan is-sit ukoll juża cookies oħra li jgħinu fl-analiżi ta' kif qed jaħdem. Int tista' tiddeċiedi li ma tħallix dawn l-cookies jiġu miżmuma fuq l-browser tiegħek.
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
Cookie
Duration
Description
cookielawinfo-checbox-analytics
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-functional
11 months
The cookie is set by GDPR cookie consent to record the user consent for the cookies in the category "Functional".
cookielawinfo-checbox-others
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Other.
cookielawinfo-checkbox-necessary
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies is used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
cookielawinfo-checkbox-performance
11 months
This cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Performance".
viewed_cookie_policy
11 months
The cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether or not user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.