Dan ir-ritratt meħud minn Marcella Giulia Pace qed ikun kkunsidrat bħala wieħed uniku. Dan għaliex Marcella rnexxiela taqbad ballun maħruq f’festa Għawdxija, minn 104 kilometri bogħod.
Fil-fatt, kien il-fotografu Daniel Cilia li fuq Facebook spjega li dan possibbilment jista’ jkun rekord.
Ir-ritratt meħud minn Sqallija juri dak li fil-piroteknika huwa magħruf bħala “Ballun tal-Blalen”, u ttieħed waqt li f’Għawdex kienet għaddeja l-festa ta’ Santa Marija – maħruq minn fuq l-għolja ta’ Gelmus mill-Vampa Organizations.
Daniel Cilia spjega li dan kien it-tielet tentattiv ta’ Marcella biex tiġbed ballun minn Sqallija.
//= $special ?>