Il-Premju Commonwealth għan-Novelli fetaħ u qed jilqa’ mill-ġdid is-sottomissjonijiet mill-kittieba Maltin. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħaseb sabiex iqanqal id-diskussjoni billi jipproponi l-mistoqsija: liema huma dawk l-elementi li jagħmlu novella waħda kbira?
Biex nippruvaw nagħtu tweġiba għal dil-mistoqsija wiesgħa immens, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb staqsa lil żewġ tuturi tal-kitba kreattiva, Aaron Aquilina (l-Università ta’ Malta), David Hudson (is-Soċjetà Maltija tal-Arti), u lil kittieba misjura fil-ġeneru, Rita Saliba. Minkejja li t-tlieta li huma ppuntaw lejn ir-rikkezza bla qiegħ u l-potenzjal li għandu l-ġeneru tan-novella, ilkoll qablu li hemm xi ħaġa essenzjali għan-novella, aktarx minħabba l-element intrinsiku tagħha – dak li tirrakkonta storja pprivileġġjata mill-qosor.
Fortunatament, kemm Aaron Aquilina u anki David Hudson se jkunu qed jipparteċipaw fil-workshop tour dwar in-novella organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li se jinkludi wkoll parteċipanti oħra bħall-editur u t-traduttur Joe Gatt u l-awtriċi Leanne Ellul.
It-tour qed jiġi organizzat biex jaħbat mal-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Premju Commonwealth għan-Novelli, li jiftaħ bejn l-1 ta’ Settembru u l-1 ta’ Novembru 2025. Bis-saħħa tas-sapport tal-KNK, il-Premju se jiftaħ għal darb’oħra bil-possibiltà li l-awturi Maltin jissottomettu xogħolhom bil-Malti.
//= $special ?>