Il-President Ukren Volodymyr Zelensky u numru ta’ mexxejja Ewropej waslu Washington, DC nhar il-Ħadd filgħaxija, biex matul il-jum tat-Tnejn jiltaqgħu mal-President Amerikan Donald Trump għal taħditiet immirati biex tintemm il-gwerra fl-Ukrajna. Trump qal li r-rekuperazzjoni tal-Krimea jew id-dħul fin-NATO kienu barra mill-kunsiderazzjoni għal Kyiv, filwaqt li sostna li Zelensky jista’ jtemm il-kunflitt “kważi immedjatament” jekk irid.
Skont uffiċjal Amerikan, nhar il-Ħadd li għadda hu qal li l-mexxej Russu Vladimir Putin kien qabel mal-President Donald Trump li l-Istati Uniti u l-alleati Ewropej tagħha jistgħu joffru lill-Ukrajna garanzija ta’ sigurtà li tixbah il-mandat ta’ difiża kollettiva tan-NATO bħala parti minn ftehim futur biex tintemm il-gwerra.
Minkejja dawn it-taħditiet għal paċi, ir-Russi għadhom għaddejjin bl-attakki tagħhom fuq l-Ukrajna, tant li attakk b’drone Russu matul il-lejl fuq Kharkiv qatel tliet persuni, u weġġa’ aktar minn 12-il persuna oħra, skont l-awtoritajiet Ukreni. Din il-belt, li tinsab qrib il-fruntiera Russa, kienet ukoll milquta ftit sigħat qabel b’missila ballistika li weġġgħet mill-inqas 11-il persuna.
//= $special ?>