Id-dizzjunarju ta’ Cambridge għadu kif żied mas-6,000 kelma ġdida fid-dizzjunarju – ħafna minnhom kliem li huma użati fid-dinja diġitali, fuq il-midja soċjali jew verżjonijiet ġodda ta’ kliem diġaà eżistenti.
F’din il-lista hemm il-kelma “Tradwife” li hija verżjoni mqassra ta’ “traditional wife”. Din il-frażi tirreferi l-aktar għall-immaġini li qed joħolqu diversi influencers Britanniċi tal-mara li tippubblika videos f’ambjent retro, waqt li qed tagħmel (l-aktar) xogħol tad-dar.
Kelma oħra hija “Delulu” li hija taqsira tal-kelma “delusional”. Din il-frażi saret popolari fl-aħħar xhur, u tirreferi għal nies li jkunu jemmnu – b’mod għami – sitwazzjoni li bla dubju ma tkunx vera.
L-ewwel personalità li kien uża “delulu” kien il-Prim Ministru tal-Awstralja lejn il-bidu ta’ din is-sena.
Kliem ieħor huwa riżultat ta’ lingwaġġ li evolva fost il-Ġenerazzjoni Z u l-Ġenerazzjoni Alpha. Dan apparti kliem ieħor li żviluppa fuq il-midja soċjali, speċjalment TikTok.
//= $special ?>