Miljuni ta’ Amerikani f’madwar seba’ stati differenti mistennija jiġu evakwati minn djarhom hekk kif qed tikber it-theddida ta’ urugan kbir.
L-Urugan Erin mistenni jolqot b’mod sostanzjali l-Istati ta’ North Carolina,South Carolina, Georgia, Virginia, New Jersey, Massachusetts u anke New York – bl-awtoritajiet k onċernati qed javżaw li dan l-urugan ser ikun ferm ikbar milli kien mistenni.
Intant l-istat ta’ North Caroline diġà ddikjara stat ta’ Emerġenza u bdew evakwazzjonijiet ta’ eluf ta’ Amerikani li huma residenti mal-kosta tal-Istat – bl-istati l-oħra mistennija jsegwu.
S’issa qed jiġi previst li l-qawwa tal-urugan hija ta’ 260 kilometru fis-siegħa.
//= $special ?>