L-MFA u l-MPL ħadu deċiżjoni li jittrasferixxu l-logħob li kien skedat għal din it-tmiem il-ġimgħa fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali għal Tony Bezzina Stadium.
Din id-deċiżjoni kienet prevista wara li fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet, saret ħsara fuq il-wiċċ tal-ħaxix tal-Istadium Nazzjonali, li llum hu hybrid. Wara li ntlagħbu erbgħa mis-sitt partiti minn match day 1 tal-Malta Premier f’Ta’ Qali, wieħed seta’ jinnota li r-reseeding tal-art f’Ta’ Qali kien għadu mhux komplut għal kollox u għalhekk l-ammont ta’ logħob li ntlagħab nhar is-Sibt u l-Ħadd li għadda, żgur li m’għenx l-istat tal-ħaxix ta’ dan l-istadum.
Fit-tmiem il-ġimgħa se jkollna logħob mnn match day 2 tal-Malta Premier, fejn se jintlagħbu ħames partiti minn sitta, bl-aħħar logħba skedata se tintlagħab aktar tard dan ix-xahar, dik bejn Ħamrun Spartans u Valletta.
Din il-partita se tkun l-unika logħba minn din il-match day li se tkun qed tintlagħab fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali, nhar il-31 ta’ Awwissu.
Għaldaqstant il-partiti li jmiss mill-Malta Premier, u li se jintlagħbu bejn nhar il-Ġimgħa u l-Ħadd li ġej, issa ġew skedati kif ġej:
Nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Awwissu 2025
Tony Bezzina Stadium, f’Kordin
fit-8pm: Sliema Wanderers vs Mosta
Nhar is-Sibt, 23 ta’ Awwissu 2025
Tony Bezzina Stadium, f’Kordin
fis-6:45pm: Tarxien Rainbows vs Floriana
fid-9pm: Birkirkara vs Gżira United
Nhar il-Ħadd, 24 ta’ Awwissu 2025
Tony Bezzina Stadium, f’Kordin
fis-6:45pm: Żabbar St Patrick vs Hibernians
fid-9pm: Naxxar Lions vs Marsaxlokk
Nhar il-Ħadd, 31 ta’ Awwissu 2025
Stadium Nazzjonali, f’Ta’ Qali
fis-7pm: Ħamrun Spartans vs Valletta
//= $special ?>