Għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija se tkun qed tressaq ir-raġel ta’ 33 sena li ġie arrestat b’rabta mal-isparatura li seħħet f’Raħal Ġdid il-Ħadd filgħaxija.
‘Il-Quws’, li hu magħruf mal-Pulizija, kien arrestat il-Ħadd wara li seħħet sparatura fi Triq Melita għall-ħabta tad-9pm.
Ħadd ma’ weġġa’ f’din l-isparatura, bil-Quws jinżamm fil-lock-up wara li ngħalaq fid-dar tiegħu li tinsab fl-istess triq fejn seħħet l-isparatura.
Hu se jitressaq quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella.
//= $special ?>